Il-Badessa tal-Birgu tgħaddi għall-Ħajja ta' Dejjem
Birgu

Il-Badessa tal-Birgu tgħaddi għall-Ħajja ta' Dejjem

Tistrieħ fis-Sliem

Kottonera News4 August 2026

Suor Maria Tiralongo, il-Badessa tal Monasteru Benedittin ta' Santa Skolastika tal-Birgu, għaddiet għal ħajja ta' dejjem fl-eta' venerabbli ta' 97 sena.

F'kumment li kienet tat dwar il-Ħajja Klawstrali hija qalet li "Is-sabiħ tal-ħajja tagħna huwa li aħna magħqudin flimkien, li ninħabbu ħafna bejnietna u nitlobu flimkien. Ir-rikreazzjoni u l-ferħ tagħna naqsmuhom flimkien ukoll. Dan ma jfissirx li m'għandniex il-problemi tagħna. Kulħadd għandu l-problemi tiegħu, imma b'dawn il-problemi aħna nkomplu ningħaqdu flimkien"

Suor Maria daħlet soru tal-Klawsura fl-eta' ta' 20 sena u bħalissa fil-Monasteru hemm 10 sorijiet.

Iżommu lilha u lil Monasteru fit-talb tagħna.