ILLEJLA: Il-Ħruġ tal-Vara ta’ San Lawrenz
Illejla huwa ferm mistenni l-Ħruġ tal-Vara tant devota u artistika ta' San Lawrenz fil-Parroċċa tal-Birgu.
Il-programm huwa dan li ġej:
6:30pm: Daqq tal‑Mota li tħabbar il‑bidu tan‑novena u l‑bidu tal‑Festa 2026.
7:00pm: Konċelebrazzjoni mmexxija mill‑Arċipriet, il-Kan Dun Karm Busuttil, flimkien mal‑Kapitlu u l‑kleru.
Wara isir il-ħruġ min‑niċċa tal‑vara titulari ta’ San Lawrenz.
7:45pm: Il‑Banda Vittoriosana San Lawrenz tibda marċ minn quddiem Palazzo Huesca sa quddiem il‑knisja. L‑istatwa titulari tinħareġ fuq iz‑zuntier u l‑Banda tagħtiha tislima bid‑daqq tal‑Innu San Lawrenz. Wara tinġarr tul il‑korsija, titqiegħed fuq il‑bradella. Tingħata l‑Barka Sagramentali u Innu San Lawrenz.
Il-Banda San Lawrenz tkompli bil‑marċ tal‑Mota madwar it-toroq tal-Birgu.
