Jason Statham Iżur il-Klabb tar-Regatta tal-Isla
Isla

Jason Statham Iżur il-Klabb tar-Regatta tal-Isla

Kottonera News31 July 2026

Fl-aħħar ijiem f'pajjiżna kien qiegħed isir iffilmjar ta' produzzjoni internazzjonali b'mod partikolari fil-lokalità tal-Isla mill-attur Jason Statham bl-isem Jason Statham Stole My Bike.

Kif kulħadd jaf l-Isla hija magħrufa mal-isports tar-regatta b'mod speċjali fejn jidħlu tiġrijiet fosthom dawk tradizzjonali li isiru fil-31 ta' Marzu u dik tat-8 ta' Settembru magħrufa tal-Vitorja fejn dak nhar stess issir il-festa ta' Maria Bambina.

F'din is-sena dan il-klabb rebaħ l-unuri fit-tiġrijiet ta' Settembru u dik tal-31 ta' Marzu.

Waqt li l-attur kien qiegħed fi ftit ħin ta mistrieħ biex ikompli bil-produzzjoni tiegħu sab ftit ħin biex iltaqa' ma' xi qaddiefa, membri tal-kumitat u supporters Sengleani fejn ha anke ritratti magħhom ta' tifkira.

Grazzi għas-Sur Ryan Paul Mercieca li kien il-ħsieb għal din is-sorpriża ħelwa, l-attur ta' fama mondjali issa għandu ukoll ritratt mas-Shields li ġew mirbuħa mill-Klabb tar-Regatta tal-Isla.