Ritratt: TVM
Ritratt: TVM
Kottonera

Portal Ġdid għar-Regatta Maltija

Kottonera News31 July 2026

Inizjattiva ġdida qed tagħmel id-dinja tar-Regatta Maltija aktar aċċessibbli għad-dilettanti permezz tal-portal maltaregatta.com, li ġie żviluppat bil-għan li joffri informazzjoni u għodod utli lil dawk kollha li jsegwu dan l-isport tradizzjonali.

L-idea nibtet minn sitwazzjoni li ħafna dilettanti jiltaqgħu magħha waqt it-tiġrijiet.

Fost il-karatteristiċi ewlenin tal-portal hemm sistema LIVE, fejn ir-riżultati uffiċjali u l-klassifika jiġu aġġornati waqt it-tiġrijiet stess, flimkien mal-poloz hekk kif jitħabbru. Barra minn hekk, hemm ukoll Simulation, li tippermetti lill-utenti jagħżlu huma min jispiċċa fl-ewwel tliet postijiet f’kull tiġrija u jaraw kif tinbidel il-klassifika u x-Shield skont l-għażliet tagħhom.

Il-portal jinkludi wkoll Shield Calculator, Roll of Honour, tagħrif dwar l-opri u l-istorja tagħhom, kwizz u diversi karatteristiċi oħra. Is-servizz huwa kompletament b’xejn u disponibbli kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.

Kottonera News tifraħ lil dawk li ħolqu lil dan is-sit ferm interessanti u tħeġġeġ lil kulħadd jużah.